By clicking “Accept”, you agree to the storing of cookies on your device to enhance site navigation, analyse site usage, and assist in our marketing efforts. View our Cookie Policy for more information.
All blog posts
1/2/19

Il-Qtates ta' max-Xatt - Opra għat-tfal

Din l-opra għat-tfal, li se tmiss il-qalb ta' kull min jaraha, se tesplora s-suġġett sensittiv tat-telfa mil-lenti ta’ grupp ta’ qtates kantanti li jgħixu fit-triq u li qed isibuha diffiċli jifhmu għalfejn sparixxew tnejn mill-aktar nies importanti f’ħajjithom. Ibbażata fuq il-kitba ta’ Clare Azzopardi, Il-Qtates ta’ max-Xatt tistieden lill-udjenzi - żgħar u kbar - biex isegwu bi ħġarhom din l-interpretazzjoni melodjuża ta’ storja li, permezz tal-marjunetti u l-kanzunetti, tesplora waħda mill-akbar biżgħat tat-tfal. Issa wasal il-waqt li jinfetħu dawk il-bagalji, għax il-qtates bdiet taqbżilhom!
____________________________________________________

Tim tal-Produzzjoni

Kompożitur: Euchar Gravina
Librett: Clare Azzopardi
Direttriċi: Denise Mulholland
Ko-Produzzjoni: Three Palaces Festival, Festivals Malta

___________________________________________________

Kast

Ruth Sammut Casingena – Nanna/ Pippistrell
Clare Ghigo – Kannell
Francesca Aquilina – Pinzell
Jean Pierre Busuttil-Nannu
Sean Borg – Cippitatu
Louis Andrew Cassar – Pilatu

Pupazzi - Matthew Pandolfino

pupazzi: Matthew Pandolfino